27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/44
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Atlas vs UASI (EFEKT PERLENIA)
(Kawża T-298/15)
(2015/C 245/54)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Atlas sp. z o.o (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent ġuridiku)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “EFEKT PERLENIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 668 125
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2352/2014-5
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tiġi rreġistrata għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy