Kawża T-301/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Jochen Schweizer GmbH vs UASI (Du bist, was du erlebst.)
C2702015MT3410120150608MT0042341341
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Jochen Schweizer GmbH vs UASI (Du bist, was du erlebst.)
(Kawża T-301/15)2015/C 270/42Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jochen Schweizer GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. González Hähnlein, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Du bist, was du erlebst.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 250 865
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2015 fil-Każ R 3114/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy