27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/46
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Abdulkarim vs Il-Kunsill
(Kawża T-304/15)
(2015/C 245/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouhamed Wael Abdulkarim (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-303/15, Barqawi vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy