Kawża T-305/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Airdata vs Il-Kummissjoni
C2702015MT3420120150605MT0043342352
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Airdata vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/15)2015/C 270/43Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Airdata AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Niitväli u M. Reysen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 443 finali, ippubblikata fit-13 ta’ Marzu 2015, datata 2 ta’ Lulju 2014, adottata fil-kwistjoni M.7018 Telefonica Deutschland vs E Plus skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 ( 1 ), u
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċedura,
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata fiha ksur ta’ obbligu proċedurali importanti kif iddefinit fl-Artikolu 296 (2) TFUE, peress li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għall-miżura li tkun adottat.
—
Il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet ċari u komprensivi biżżejjed għad-deċiżjoni tagħha li taċċetta ċerti impenji mmirati sabiex jagħmlu tajjeb għat-tħassib serju kompetittiv li kienet identifikat matul l-investigazzjoni tal-kontroll tal-amalgamazzjoni. Id-deċiżjoni naqset b’mod partikolari li tagħti motivazzjoni għaliex il-Kummissjoni tassumi li terz benefiċjarju tal-impenji jkun jista’ jikkompeti effettivament mal-assi inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha li tapplika b’mod korrett il-liġi peress li fid-deċiżjoni tagħha hemm applikazzjoni materjalment ineżatta tad-dispożizzjonijiet tal-Unioni dwar il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet.
—
Partijiet mill-impenji probabbilment ma humiex ser jiġu implementati, u partijiet ser jippreservaw biss l-istatus quo ante, iżda dawn ma humiex ser jikkontribwixxu għal intensità ikbar ta’ kompetizzjoni. Il-partijiet li fadal ma humiex suffiċjenti sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħsara serja għall-kompetizzjoni kkawżata mit-tranżazzjoni inkwistjoni.
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
Full & Egal Universal Law Academy