Kawża T-307/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
C2702015MT3510120150605MT0044351362
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-307/15)2015/C 270/44Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 1&1 Telecom GmbH (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Murach, J. Schmidt u R. Klotz, avukati, u P. Alexiadis, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 4443 adottata fit-2 ta’ Lulju 2014 fil-Każ Nru COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland vs E-Plus (id-“Deċiżjoni”) li tiddikjara l-konċentrazzjoni bejn Telefónica Deutschland Holding AG u EPlus Mobilfunk GmbH & Co KG kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, suġġett għall-konformità ta’ Telefónica mal-impenji stabbiliti fl-Annessi għad-Deċiżjoni; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li meta stabbilixxiet jekk il-konċentrazzjoni twassalx għal għal impediment sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva (“ISKE”), il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali billi naqset milli tagħti motivazzjoni, inkluż id-dmir tagħha ta’ diliġenza, u wettqet żball manifest fl-implementazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar kontroll ta’ amalgamazzjoni relatati ma’:
—
n-nuqqas li jsir analiżi sena tal-effetti vertikali tal-konċentrazzjoni;
—
l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni favur il-konklużjoni li jista’ jitħalla miftuħ jekk il-konċentrazzjoni twassalx għal ISKE fis-suq bl-ingrossa għal aċċess u oriġini ta’ telefonati fil-Ġermanja; u
—
l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni fir-rigward tal-konklużjonijiet milħuqa dwar l-effetti koordinati orizzontali fis-suq bl-ingrossa għal aċċess u oriġini ta’ telefonati u fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet mobbli bl-imnut fil-Ġermanja.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji serji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta:
—
aċċettat l-impenji finali proposti minn Telefónica;
—
ikkonkludiet li dawn l-impenji finali jindirizzaw b’mod sħiħ l-iISKE; u
—
awtorizzat il-konċentrazzjoni suġġetta għall-konformità ta’ Telefónica mal-impenji.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni, meta adottat id-Deċiżjoni, għamlet użu ħażin mill-poteri tagħha billi ħadet inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet ta’ politika mhux relatati mal-kompetizzjoni minflok ma segwiet l-għanijiet ta’ kompewtizzjoni tat-Trattati u tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar l-Amalgamazzjonijiet (“RUEA”) ( 1 ).
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)
Full & Egal Universal Law Academy