Kawża T-309/15 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 minn CW mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-26 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-124/13, CW vs Il-Parlament
C2702015MT3710120150605MT0046371371
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 minn CW mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-26 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-124/13, CW vs Il-Parlament
(Kawża T-309/15 P)2015/C 270/46Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: CW (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara l-appell ammissibbli;
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tagħti kumpens għad-danni; u
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-provi u wettaq żball ta’ liġi meta kkonstata li, fid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, l-Awtorità tal-Ħatra fittxet li tikkonferma s-sustanza tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-assistenza.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-provi u wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-Parlament ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-għażla tiegħu ta’ miżuri u metodi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Full & Egal Universal Law Academy