7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/74
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-310/15)
(2015/C 294/89)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién u I. Moreno-Tapia Rivas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni, sa fejn japplika għall-komponenti tar-ram;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni ġie adottat fuq bażi illegali, bħala Regolament Nru 1107/2009, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u l-punt 4 tal-Anness II tiegħu, jiksru d-dritt tal-UE
—
ir-rikorrenti ssostni li jirriżulta minn provi xjentifiċi li l-kriterji ta’ persistenza, bijoakkumulazzjoni u tossiċità (iktar ’il quddiem “PBT”), b’mod partikolari l-persistenza, ma humiex xierqa għar-ram.
—
barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, l-applikazzjoni tal-kriterji tal-PBT għal sustanzi inorganiċi ma hijiex konsistenti ma’ istanzi leġiżlattivi oħra li ġew implementati fil-qasam tas-sustanzi kimiċi rregolati.
—
Fl-aħħar nett, kif tallega r-rikorrenti, sa fejn jirrigwarda lill-kandidati għas-sostituzzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterji PBT criteria għall-komponenti tar-ram tmur lil hinn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa mir-Regolament Nru 1107/2009 u r-Regolament Nru 1107/2009 jinterpreta b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ prekwazjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li billi l-komponenti tar-ram ġew inklużi fil-portata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy