Kawża T-312/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – Market Watch vs UASI – Glaxo Group (MITOCHRON)
C2702015MT3720120150609MT0047372382
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – Market Watch vs UASI – Glaxo Group (MITOCHRON)
(Kawża T-312/15)2015/C 270/47Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “MITOCHRON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 200 078
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 507-2
Talbiet
—
tiddeċiedi li r-rikors huwa ammissibli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad fl-intier tiegħu r-rikors ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
it-trade marks involuti fit-tilwima ma humiex tant simili li jistgħu jiġu konfużi.
Full & Egal Universal Law Academy