7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/31
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Vince vs UASI (ELECTRIC HIGHWAY)
(Kawża T-315/15)
(2015/C 406/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dale Vince (Gloucestershire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ELECTRIC HIGHWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010655819
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2015, fil-Każ R 1442/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrent sabiex tkun tista’ ssir ir-reġistrazzjoni sħiħa ta’ din it-trade mark;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Interpretazzjoni żbaljata tat-tifsira tat-trade mark f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Interpretazzjoni żbaljata tas-servizzi kkonċernati fil-klassi 39;
—
It-tifsira tat-trade mark sostnuta mill-Bord tal-Appell fi kwalunkwe każ ma tiddeskrivix is-servizzi;
—
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy