10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/35
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2015 – Zitro IP vs UASI (TRIPLE BONUS)
(Kawża T-318/15)
(2015/C 262/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE BONUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 013 629
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015 fil-Każ R 1648/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy