24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/41
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
(Kawża T-325/15)
(2015/C 279/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Choco love” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 496 916
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1369/2014-1
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors, timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Choco love”; jew sussidjarjament:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy