5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/9
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – DIMA Verwaltungs vs UASI (Forma ta’ reċipjent)
(Kawża T-326/15)
(2015/C 328/08)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DIMA Verwaltungs GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kerkhoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ reċipjent) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 649 174
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ April 2015, fil-Każ R 2567/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-konvenut sabiex ikompli l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;
—
sussidjarjament tikkonstata, li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni, u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy