24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/44
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Certuss Dampfautomaten vs UASI – Universal for Engineering Industries (Universal 1800 TC)
(Kawża T-329/15)
(2015/C 279/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Certuss Dampfautomaten GmbH & Co. KG (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Universal for Engineering Industries SAE (Giza, l-Eġittu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Universal 1800 TC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 632 503
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2015 fil-Każ R 1303/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy