24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/44
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Keil vs UASI – Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions (BasenCitrate)
(Kawża T-330/15)
(2015/C 279/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Rudolf Keil (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH (Röttenbach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BasenCitrate” – Trade mark Komunitarja Nru 11 120 284
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2015, fil-Każ R 1541/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy