10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/37
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Bimbo vs UASI (THE SNACK COMPANY)
(Kawża T-331/15)
(2015/C 262/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “THE SNACK COMPANY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 173 852
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 954/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy