10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/37
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Josel vs UASI – Nationale Nederlanden Nederland (NN)
(Kawża T-333/15)
(2015/C 262/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Josel, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nationale-Nederlanden Nederland BV (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “NN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 066 097
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2015 fil-Każ R 1531/2004-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni, sa fejn, peress li ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat mir-rikorrenti, ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-oppożizzjoni B 1 887 887 u l-għoti tat-trade mark Komunitarja (Reġistrazzjoni Internazzjonali) Nru 1 066 097 “NN”, klassi 36, (verbali);
—
tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu din l-azzjoni għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy