24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/45
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Universal Protein Supplements vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ body builder)
(Kawża T-335/15)
(2015/C 279/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ body builder) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 060 991
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2958/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy