24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/46
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)
(Kawża T-339/15)
(2015/C 279/57)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 411 071
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2245/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (2), u 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy