14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/61
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Modas Cristal vs UASI – Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama (KRISTAL)
(Kawża T-345/15)
(2015/C 302/76)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Modas Cristal, SL (Santa Lucía, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama Anonim Sirketi (Denizli, it-Turkija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “KRISTAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 574 473
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2015 fil-Każ R 341/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba fil-prova ta’ użu tat-trade mark Spanjola Nru 2 569 089 “MODAS CRISTAL”, klassi 35, kif ukoll minħabba li t-talba l-ġdida hija inkompatibbli mat-trade marks Spanjoli Nru 2 569 089 “MODAS CRISTAL”, klassi 35, u Nru 2 7 63 821“home CRISTAL”, klassi 24
—
tikkundanna lill-UASI u lil kull intervenjent eventwali favur tiegħu għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy