Kawża T-347/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill
C2702015MT4010120150618MT0050401412
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill
(Kawża T-347/15)2015/C 270/50Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd (Kampala, l-Uganda) (rappreżentanti: A. Meskarian, S. Zaiwalla, P. Reddy, K. Mittal, Solicitors, u R. Blakeley, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620 ( 1 ) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614 ( 2 ) sa fejn japplikaw għal UCI (inkluż l-inklużjoni ta’ UCI fil-punt (b) 9 tal-Anness għad-Deċiżjoni u r-Regolament);
—
sa fejn neċessarju, tiddikjara l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, tat-18 ta’ Lulju 2005 (kif emendat) inapplikabbli għal UCI; u
—
tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jagħmel xi tip ta’ evalwazzjoni indipendenti, jew għall-inqas evalwazzjoni indipendenti adegwata, tad-deżinjazzjoni ta’ UCI, kif kellu jagħmel.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew id-deżinjazzjoni ta’ UCI hija illegali għaliex il-kriterji għal deżinjazzjoni ma humiex issodisfati fil-każ ta’ UCI.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-drittijiet proċedurali ta’ UCI, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ difiża tagħha u d-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ġew miksura u l-Kunsill naqas milli jagħti raġunijiet adegwati.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, fi kwalunkwe każ, id-deżinjazzjoni ta’ UCI tikser id-drittijiet fundamentali tagħha u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620, tal-20 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 102, 21.4.2015, p. 43).
( 2 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614, tal-20 ta’ April 2015, li jimplimenta l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 102, 21.4.2015, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy