7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/79
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – CG vs UASI – Perry Ellis International Group (P PRO PLAYER)
(Kawża T-349/15)
(2015/C 294/94)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CG verwaltungsgesellschaft mbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Körber, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perry Ellis International Group Holdings Limited (Nassau, Bahamas)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva ta’ lewn iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “P PRO PLAYER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 889 764
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ April 2015 fil-Każ R 2439/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy