7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/79
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Alpex Pharma vs UASI – Astex Pharmaceuticals (ASTEX)
(Kawża T-355/15)
(2015/C 294/95)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpex Pharma SA (Mezzovico-Vira, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Astex Pharmaceuticals, Inc. (Pleasanton, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja verbali “ASTEX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 805 281
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ April 2015 fil-Każ R 593/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy