24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/50
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – Dr Vita vs UASI (69)
(Kawża T-360/15)
(2015/C 279/63)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Dr Vita sp. z o. o. (Olsztyn, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta n-numru “69” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 794 566
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ April 2015 fil-Każ R 2513/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy