12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/16
Appell ippreżentat fd-9 ta’ Lulju 2015 minn Viara Todorova Androva mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 78/12, Todorova Androva vs Il-Kunsill
(Kawża T-366/15 P)
(2015/C 337/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Viara Todorova Androva (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
li s-sentenza tad-29 ta’ April 2015 mogħtija fil-Kawża F-78/12 għandha tiġi annullata u li din il-qorti għandha tiddeċiedi hi nnifisha fuq il-kawża;
—
sussidjarjament, li l-kawża tiġi mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) billi kkunsidra li l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ma jippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi, l-anzjanità miksuba bħala membru tal-persunal temporanju.
2.
It-tieni aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP billi huwa kkunsidra li dan il-każ ma jaqax taħt il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif tirriżulta mis-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Rosado Santana (C-177/10, Ġabra, EU:C:2011:557), iżda minn dik li tirriżulta mid-Digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, Rivas Montes (C-178/12, EU:C:2013:150).
3.
It-tielet aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, billi t-TSP ikkunsidra li l-motiv ibbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament kien inammissibbli minħabba n-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-ismijiet preċiżi tal-kandidati promossi minflok ir-rikorrenti.
4.
Ir-raba’ aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP billi kkunsidra li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura kien inammissibbli b’nuqqas ta’ osservanza tal-konkordanza bejn l-ilment u r-rikors.
Full & Egal Universal Law Academy