14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/64
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Alcimos Consulting vs BĊE
(Kawża T-368/15)
(2015/C 302/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors promotur tagħha ammissibbli;
—
tiddikjara d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew fit-28 ta’ Ġunju 2015 u fis-6 ta’ Lulju 2015 mingħajr effett, u alternattivament tannulhom, u
—
tiffissa d-danni favur ir-rikorrenti f’ammont ta’ EUR 1.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li l-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem il-“BĊE”) aġixxa bi ksur tal-Artikolu 14(4) tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (iktar ’il quddiem is-“SEBĊ”), peress li r-rifjut tal-BĊE għat-talba mressqa mill-Bank tal-Greċja biex tiżdied l-Assistenza ta’ Likwidità ta’ Emerġenza (iktar ’il quddiem l-“ALE”) lill-banek Griegi ma kinitx tinterferixxi mal-għanijiet u l-ħidma tas-SEBĊ.
2.
It-tieni motiv li jallega li l-BĊE aġixxa bi ksur tal-Artikoli 4 u 5 TUE, peress li aġixxa ultra vires meta ċaħad it-talba tal-Bank tal-Greċja.
3.
It-tielet motiv li jallega li l-BĊE aġixxa fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet politiċi u b’hekk kiser l-Artikolu 130 TFUE, li jistabbilixxi l-indipendenza tal-BĊE.
4.
Ir-raba’ motiv li jallega li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-BĊE ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-promozzjoni tal-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas stabbilita fl-Artikolu 127(2) TFUE hija waħda mill-erba’ ħidmiet bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tal-Eurosistema, filwaqt li l-estensjoni ta’ ALE addizzjonali lill-banek Griegi bl-effetti potenzjalment minimi tagħha fuq l-implementazzjoni tal-politika monetarja unika kienet ittellef inqas l-għanijiet tal-BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy