21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/53
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Preferisco Foods vs UASI – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO)
(Kawża T-371/15)
(2015/C 311/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Preferisco Foods Ltd (Vancouver, il-Kanada) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal, E. Armero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piccardo & Savore’ Srl (Chiusavecchia, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PREFERISCO” – Trade mark Komunitarja Nru 10 974 616
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015 fil-Każ R 2598/2013-2
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015, fil-Każ R 2598/2013-2, b’mod partikolari relatata maċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10974616 “PREFERISCO” għall-prodotti li għalihom saret applikazzjoni fil-klassijiet 29 u 30;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u t-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy