12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/19
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Germanwings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/15)
(2015/C 337/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Germanwings GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ SA.27339 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ajruport ta’ Zweibrücken u l-kumpanniji tal-ajru li jużawh, speċifikament
—
l-Artikolu 1(2) sa fejn jissemma l-kuntratt ma’ Germanwings GmbH tal-2006; u
—
l-Artikolu 3(3)(e);
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2015, GESTDEM 2015/1288;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Fir-rigward tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment dan li ġej:
1.
Preżentazzjoni inkorretta u inkompleta tal-fatti
Ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta li ppreżentat ċerti fatti b’mod żbaljat, kontradittorju jew inkomplet.
2.
Nuqqas ta’ motivazzjoni
F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni partikolarment minħabba li l-ispejjeż tal-infrastruttura li l-Kummissjoni torbot ma’ kuntratt tal-2006 bejn ir-rikorrenti u l-operatur tal-ajruport ta’ Zweibrücken ma ġewx ippreżentati b’mod iddettaljat.
3.
Ebda rimbors bi ħsara għar-rikorrenti
Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma għamlitx l-eżami tagħha tal-ispejjeż tal-infrastruttura inkwistjoni. Barra minn hekk, l-imputazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn l-ispejjeż għall-kuntratt konkluż mir-rikorrenti fl-2006 hija illegali sa fejn din tmur kontra l-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni u din tal-aħħar ma ħaditx inkunsiderazzjoni fatti li huma magħrufa. F’dan il-kuntest, ġie sussidjarjament invokat li l-imputazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż kellha tkun sostanzjalment inqas.
4.
Ebda motivazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura pubblika
Ir-rikorrenti tindika li l-Kummissjoni ma mmotivatx għal xiex dan il-każ jirrigwarda għajnuna mill-Istat.
5.
Sussidjarjament, protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Finalment, ġie affermat b’rabta mal-ewwel motiv li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludi talba eventwali għar-rimbors tal-allegata għajnuna mill-Istat.
Fir-rigward tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement motivata u li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malta, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy