5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/12
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – DIMA Verwaltungs vs UASI (forma ta’ kontenitur)
(Kawża T-383/15)
(2015/C 328/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DIMA Verwaltungs GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kerkhoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (forma ta’ kontenitur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 649 364
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2568/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-konvenut jassumi mill-ġdid il-proċedura ta’ reġistrazzjoni;
—
sussidjarjament, tikkonstata li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy