14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/65
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – Loops vs UASI (Forma ta’ xkupilja tas-snien)
(Kawża T-385/15)
(2015/C 302/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Loops, LLC (Ferndale, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark tridimensjonali (Forma ta’ xkupilja tas-snien) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 187 189
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/04/2015 fil-Każ R 1917/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tammetti l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 187 198 għall-klassijiet mitluba;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti ta’ appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy