28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/34
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Jordi Nogues vs UASI – Grupo Osborne (BADTORO)
(Kawża T-386/15)
(2015/C 320/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “BADTORO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 975 027
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/04/2015 fil-Każ R 2570/2013-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2015 fil-Każ R 2570/2013-2;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrent.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikoli 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009, moqrija flimkien mal-Artikoli 65(6), 96, 106(4) u (6), u 135 tal-imsemmi regolament, kif ukoll mar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy