16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/45
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (JN-JOY)
(Kawża T-388/15)
(2015/C 381/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua u C. Pirenne, avukjati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “JN-JOY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 410 041
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2015 fil-Każ R 1353/2014-2
Talbiet
—
tistħarreġ id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tiddikjara l-oppożizzjoni inammissibbli;
—
tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż u sabiex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy