21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/53
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – Perfetti Van Melle Benelux vs UASI – PepsiCo (3D)
(Kawża T-390/15)
(2015/C 311/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Perfetti Van Melle Benelux BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Testa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja sewda u bajda figurattiva li tinkludi l-element verbali “3D” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 384 041
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 465//2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 009384041 għall-prodotti li ġejjin: ċikkulata; pastry; ħlewwiet; ħelu; ħelu li jintmogħod; drops; gumdrops; karamella; chewing gum; bubble gums; lollipops; ħelu tas-sugu; ġeli (ħlewwiet); tofi; menta; ħelu
—
tikkundanna lil PepsiCo, Inc. għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy