14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/66
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Aldi vs UASI – Società Cooperativa Agricola Cantina Sociale Tollo (ALDIANO)
(Kawża T-391/15)
(2015/C 302/82)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Cooperativa Agricola Cantina Sociale Tollo (Tollo, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “ALDIANO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 942 274
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1612/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy