14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/67
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Herm. Sprenger vs UASI – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)
(Kawża T-396/15)
(2015/C 302/84)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: web2get GmbH & Co. KG (Dülmen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ staffa magħquda) – Trade mark Komunitarja Nru 1 599 620
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22/04/2015 fil-Każ R 520/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-talba tal-kumpannija web2get GmbH & Co. KG intiża għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 1 599 620 tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a), u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a) u (2), u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy