21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/56
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Morgan & Morgan vs UASI – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)
(Kawża T-399/15)
(2015/C 311/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morgan & Morgan International Insurance Brokers S.r.l. (Conegliano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti u F. Caricato, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Morgan & Morgan (Ciudad de Panamá, Panama)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Morgan & Morgan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 596 087
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1657/2014-1
Talbiet
—
tirrikonoxxi u tiddikjara li r-rikors ippreżentat mill-appellant huwa ammissibbli u fondat;
—
tbiddel d-deċiżjoni kkontestata;
—
tagħti preċedenza lil reġistrazzjoni definittiva tat-trade mark Komunitarja Nru 11 596 087 fl-isem ta’ Morgan & Morgan International Insurance Brokers s.r.l. fi klassi 36;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tat-tliet proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy