28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/35
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs UASI – University College London (CITRUS SATURDAY)
(Kawża T-400/15)
(2015/C 320/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ana Isabel Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: A. Pita Negrão, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: University College London (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CITRUS SATURDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 789 195
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2015 fil-Każ R 2109/2014-2
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tibgħat lura l-każ quddiem id-diviżjoni tal-oppożizzjoni tal-UASI sabiex ikompli jinstema’ l-każ.
Motivi invokati
—
Ksur tar-regoli dwar it-trade mark Komunitarja;
—
Ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy