12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/25
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2015 – Fulmen vs Il-Kunsill
(Kawża T-405/15 P)
(2015/C 337/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fulmen (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 1 1 0 09 560 bħala dannu materjali u tal-ammont ta’ EUR 1 00 000 bħala dannu morali; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur gravi u kkaratterizzat imwettaq mill-Kunsill li eventwalment iwassal għal użu ħażin ta’ poter.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma kellu l-ebda element sabiex jissostanzja l-motivazzjoni tal-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ persuni u entitajiet li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran u li kien għamel użu mill-miżuri kkontestati sabiex jippreġudika l-kapaċità industrijali u l-iżvilupp ekonomiku tal-Iran.
Full & Egal Universal Law Academy