12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/26
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2015 – Mahmoudian vs Il-Kunsill
(Kawża T-406/15)
(2015/C 337/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fereydoun Mahmoudian (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 2 2 27 000 bħala danni materjali, u tal-ammont ta’ EUR 6 00 000 bħala danni morali;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li essenzjalment huwa identiku jew jixbah lil dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-405/15, Fulmen vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy