21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/59
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)
(Kawża T-407/15)
(2015/C 311/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hot-Can Intellectual Property Sdn Bhd (Cheras, il-Malasja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “HotoGo self-heating can technology” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 418 101
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1028/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Frar 2014 fl-oppożizzjoni Nru B2178567;
—
tiċħad it-trade mark li saret l-oppożizzjoni kontriha fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy