12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/26
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 minn Jaana Pohjanmäki mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Mejju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-44/14, Pohjanmäki vsIl-Kunsill
(Kawża T-410/15 P)
(2015/C 337/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Jaana Pohjanmäki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
li s-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2015 mogħtija fil-Kawża F-44/14 tiġi annullata u li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi l-kawża hi stess;
—
sussidjarjament, li l-kawża tiġi mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tmien aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq ksur tad-dritt tad-difiża, sa fejn l-eżami tal-merti tal-appellanti ma sarx b’mod rigoruż u fl-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, sa fejn il-membri tal-kumitat konsultattiv ta’ promozzjoni ma kinux jafu l-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-appellanti matul il-perijodu ta’ riferiment.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), peress li dan ikkunsidra li l-merti tal-appellanti kienu ġew paragunati ma’ dawk tal-uffiċjali f’karigi ta’ lingwisti.
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-TFP, peress li dan qies li l-Awtorità tal-Ħatra kienet wettqet b’mod leġittimu eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-appellanti.
5.
Il-ħames aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, sa fejn ċerti aspetti importanti tal-kontenzjuż ma ġewx diskussi.
6.
Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li TFP segwa t-teżi tal-konvenut li l-merti tal-appellanti ma kienux kostantament għoljin.
7.
Is-seba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u żnaturament mal-provi, peress li t-TFP ddeċieda li l-livell ta’ responsabbiltà tal-appellanti kienet ġiet evalwata skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
8.
It-tmien aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-TFP qies li l-konvenut kien ikkompleta l-motiv matul is-seduta, meta fil-fatt kien issostitwixxa kompletament il-motiv.
Full & Egal Universal Law Academy