5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/14
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – GAP(ITM) (GAPPoL)
(Kawża T-411/15)
(2015/C 328/13)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, Konsulent Ġuridiku)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GAP (ITM), Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GAPPoL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 346 165
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 686/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddeċiedi b’mod definittiv billi temenda d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI permezz taċ-ċaħda tal-oppożizzjoni anki fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 20 u 25;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 59 u 61(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 50(2)(ħ) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 50(2)(ġ) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 8(5) u 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy