12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/29
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Systran vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-421/15)
(2015/C 337/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Systran SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Hoss, E. Omes u P. Hoffmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna li din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-481/13;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2015 adottata mill-Kummissjoni Ewropea, alternattivament mill-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija pproċediet, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C-103/11 P, Ġabra, EU:C:2013:245), għall-irkupru tal-interessi kumpensatorji flimkien mal-interessi moratorji mid-19 ta’ Awwissu 2013 fuq l-ammont li l-Kummisjoni kienet ħallset lir-rikorrenti bħala danni wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07, Ġabra, EU:T:2010:526), annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-481/13, Systran vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU 2013, C 336, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy