5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/16
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Schräder vs CPVO – Hansson (Seimora)
(Kawża T-425/15)
(2015/C 328/16)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta kkonċernat: il-varjetà Komunitarja EU 8536 “SEIMORA”
Proċedimenti quddiem is-CPVO: proċedimenti ta’ tħassir
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-24 ta’ Frar 2015 fil-Każ A003/2010
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tannulla d-dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta SEIMORA b’effett mill-4 ta’ Ottubru 2005;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 48(4) tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur tal-Artikolu 21(1) moqri flimkien mal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 2100/94.
Full & Egal Universal Law Academy