5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/17
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Schräder vs CPVO – Hansson (Seimora)
(Kawża T-426/15)
(2015/C 328/17)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO
Proprjetarju tad-dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta kkonċernat: id-dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta EU 8536 “SEIMORA”
Proċedimenti quddiem is-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-24 ta’ Frar 2015 fil-Każ A002/2014
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur tal-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament Nru 2100/94, ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 11(1), 54(2) u 76 tar-Regolament Nru 2100/94 u mal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 874/2009.
Full & Egal Universal Law Academy