28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/38
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Flowil International Lighting vs UASI – Lorimod Prod Com (Silvania Food)
(Kawża T-430/15)
(2015/C 320/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flowil International Lighting (Holding) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Lorimod Prod Com, Srl (Simleul Silvaniei, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Silvania Food” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 042 082
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 616/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy