28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/39
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Fruit of the Loom vs UASI – Takko (FRUIT)
(Kawża T-431/15)
(2015/C 320/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “FRUIT” – Trade mark Komunitarja Nru 5 077 508
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 1641/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy