28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/42
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO)
(Kawża T-446/15)
(2015/C 320/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Instituto Nacional de Defensa de la Competencia y de la Protección de la Propiedad Intelectual (Indecopi) (San Borja, il-Peru) (rappreżentanti: M. A. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synergy Group sp. z o.o. (Wrocław, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PISCO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1016 7674
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1291/2014-4
Talbiet
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tikkonstata li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-raġuni relatata mar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 huma sodisfatti f’dan il-każ, jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 110/2008.
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy