28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/44
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Satkirit Holdings vs UASI – Advanced Mailing Solutions (Iuvo)
(Kawża T-449/15)
(2015/C 320/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, Isle of Man) (rappreżentant: M. Vanhegan, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “luvo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 244 324
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 877/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Advanced Mailing Solutions Ltd;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy