3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/39
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Petrov et vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża T-452/15)
(2015/C 363/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Andrei Petrov (St. Petersburg, ir-Russja), Fedor Biryukov (Moska, ir-Russja), Alexander Sotnichenko (St. Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-projbizzjoni tal-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew imposta mill-President tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-rikorrenti fis-16 ta’ Ġunju 2015;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rikorrenti jsostnu li huma ġarrbu diskriminazzjoni sempliċement minħabba n-nazzjonalità tagħhom u bi ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li ma hemmx raġunijiet sostantivi għall-projbizzjoni. Barra minn hekk, fil-fehma tar-rikorrenti, il-preżenza tagħhom fil-bini tal-Parlament Ewropew ma kienet toħloq ebda riskju għas-sigurtà u għall-funzjonament tal-Parlament.
2.
It-tieni motiv: użu ħażin ta’ poter
Ir-rikorrenti jsostnu li l-azzjonijiet tal-President tal-Parlament Ewropew huma manifestament arbitrarji u dijametrikament opposti għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fid-dritt primarju.
Full & Egal Universal Law Academy