28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2015 – Trinity Haircare vs UASI – Advance Magazine Publishers (VOGUE)
(Kawża T-453/15)
(2015/C 320/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trinity Haircare AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bajda u sewda li tinkludi l-element verbali “VOGUE”– Trade mark Komunitarja Nru 9 944 547
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2436/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 009 944 547 VOGUE;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy